Wara tlett ijiem ta’ attività, faqqset kompletament it-tieni bejta tal-fkieren li nstabet fl-1 ta’ Lulju li għadda. Din il-bejta kellha titmexxa mill-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, fejn instabet, għar-Ramla tal-Mixquqa, peress li kienet viċin wisq tal-baħar u f’riskju li tintilef.
Il-bejta ġiet skavata llum mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Nature Trust Malta u veterinarju kwalifikat biex issir evalwazzjoni tal-istat tagħha.
Il-bejta kellha total ta’ 74 bajda, li minnhom 60 faqqsu. Ħamsa u għoxrin minnhom kienu għadhom ma ħarġux mill-bejta u, allura, ġew mgħejjuna mill-esperti.
Dan jimmarka l-ewwel każ fejn faqqset bejta li kellha tiġi mċaqilqa, bis-sitt bejtiet l-oħrajn imferrxin mal-pajjiż mistennija jfaqqsu fil-ġimgħat li ġejjin fi staġun fejn inkiser ir-rekord tal-aktar bejtiet.
L-ewwel bejta faqqset fil-11 t’Awwissu li għadda