Fis-sala prinċipali tal-club ta’ Floriana FC il-Ħamis saret laqgħa għal midja u partitarji ta’ Floriana fejn kienet preżentata l-skwarda uffiċjali tal-Greens għal istaġun 2024 / 2025 kif ukoll ġew żvelati l-pjanijiet futuri tal-klabb.
Bla dubju l-aħbar prinċipali kienet dik li żvela l-President Johann Said u l-bini ta’ stadium ġdid fl-inħawi magħruf bħala x-xagħra tal-Floriana.
Said stqar kif ġaladarba il-klabb issa huwa konformi mas-settur tal-volontarjat, r-rekwisiti kollha meħtiega biex jieħu t-titlu uffiċjali tal-art tax-xagħra ntlaħqu u għalhekk jkun jista isir l-żvilupp ta’ stadium li ser ikun jista jilqa fih 4000 partitarju. Huwa qal li hi x-xewqa personali tiegħu hi li Floriana jkun klabb sostennibli permezz tal-bini ta’ stadium f’livelli biex saħansitra jospita partiti tal-UEFA.
Mistoqsi dwar aktar akkwisti, l-President Johann Said qal li qed jaħdmu sabiex midfielder internazzjonali Malti li preżentament jilgħab barra l-pajjiż, jingħaqad ma’ Floriana.
Waqt il-laqgħa saru numru ta’ interventi fosthom mill-kowċ il-ġdid Darren Abdilla u t-team manager Mano Micallef.
Fid-diskors tiegħu Darren Abdilla wera l-apprezzament tiegħu għal mod kif ġie milqugħ fil-klabb, filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-amminstrazzjoni li wrew fiduċja fiħ biex jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim. Huwa tkellem wkoll dwar r-riżultat tal-partita kontra Melita fl-ewwel ġurnata tat-360 Sports Malta Premier. Semma wkoll l-fatt li Floriana kien l-unika tim lokali li rrnexxilu javvanza rawnd fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni Ewropej li saru fil-ġimgħat li għaddew.
Min naħa tiegħu Micallef tkellem dwar il-mumenti tal-prova u l-importanza tal-partitarji.
Fid-diskors tas-Segretarju tal-klabb Jacques Grima semma l-kisba kbira li kien għamel l-klabb hekk kif lesta b’mod uffiċjali l-applikazzjoni tiegħu bħala għaqda volontarja.