Fi gwardarobba, f’residenza fir-Renju Unit instabet gazzetta b’artikli mit-traġedja tat-Titanic, 112-il sena ilu.
Din it-traġedja, kienet rat aktar minn 1,500 persuna jitilfu ħajjithom, meta għereq il-vapur f’April 1912. Fil-fatt, din il-gazzetta, turi ritratti ta’ din it-traġedja.
Din il-gazzetta, kienet ħarġet fl-20 t’April, tal-1912, u kienet turi żewġ nisa, jistennew fil-Port ta’ Southampton, jistennew li tiġi ppubblikata l-lista ta’ dawk li salvaw din it-traġedja.
Meta beda jbaħħar it-Titanic, kien intqal li ma jistax jegħreq, hekk kif kien l-akbar vapur tal-passiġġiera li qatt baħħar.
Kien biss erbat ijiem wara li ħalla l-port, li t-Titanic għereq, f’inqas minn tliet sigħat, fejn ma kienx hemm biżżejjed dgħajjes għal passiġġieri kollha.
The newspaper was discovered in a wardrobe during a house clearance carried out by auctioneers Hansons, where it is believed to have been kept for more than a century.