Ukren ta’ 29 sena, sfortnatament tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed
jgħum illum waranofshinar fid-Dwejra, limiti ta’ San Lawrenz Għawdex.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn xi persuni li kienu fl-istess żona indikaw fejn l-aħħar li ntlemaħ ir-raġel fil-baħar.
Minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati ta’ Malta li bdew bit-tfittxijiet.
madwar tliet sigħat intlemaħ katavru fil-baħar fejn ittella’ u ddaħħal l-art fil-Port tal-Imġarr.
Hemmhekk ġie kkonfermat li kien l-istess raġel.
Il-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija
għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.