Il-kantawtur lokali Klinsmann Coleiro għadu kif ħareġ il-vidjo mużikali għall-aħħar kanzunetta oriġinali tiegħu “Something Real”.
Il-kanzunetta, b’lirika tal-istess Klinsmann, tittratta l-ġlieda interna tal-bniedem biex isib il-kuntentizza fil-ħajja tal-lum.
Fil-vidjo mużikali li għandu direzzjoni u produzzjoni ta’ Steven Levi Vella naraw lil Klinsmann idoqq il-kitarra akustika, flimkien mal-band tiegħu.
Ara dan il-vidjo mużikali hawn: