Fl-età ta’ 117-il sena, mietet l-ixjeħ mara fid-dinja, Maria Branyas Morera.
Hija twieldet l-Istati Uniti u għexet fl-eqqel taż-żewġ gwerer dinjija.
Il-qraba tagħha kitbu kif l-anzjana mietet kif xtaqet dejjem hi, waqt li tkun rieqda, fil-paċi u mingħajr tbatija.
Ix-xwejħa għexet l-aħħar snin ta ħajjitha f’dar tal-anzjani f’Santa Marija del Tura, fil-grigal ta’ Spanja.
Hija ngħatat il-Guinness World Revord bħala l-ixjeħ persuna fid-dinja s-sena l-oħra, wara l-mewt tas-Soru Franċiża Lucile Randon li kellha 118-il sena.
Wara l-mewt ta’ Maria issa l-ixjeħ persuna fid-dinja hija Tomika mill-Ġappun u li għandha 116 sena.