Sliema rebħu l-ewwel play-off minn tlieta għar-rebħ tal-Kampjonat Premier tal-Waterpolo tas-Sajf meta fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq, it-Tnejn filgħaxija, għelbu lil San Ġiljan bl-iskor ta’ San Ġiljan 12-8.
Sliema rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet rispettivament 2-0 u 3-1. It-tieni u l-aħħar sessjonijiet intemmu fi draw ta’ 4-4 u 3-3 rispettivament.
L_aħjar skorers kienu Benji Cachia u Nikolai Żammit (San Ġiljan) b’erba’ goals.
It-tieni play-off issa ssir nhar l-erbgħa fis-19.30 ta’ filgħaxija b’rebħa oħra għal Sliema tkun tfisser li jsiru champions.
F’każ li nhar l-erbgħa jirbħu San Ġiljan allura kollox jiġi deċiż fl-aħħar play-off is-sibt filgħaxija.
Intant aktar qabel saret l-ewwel play-off għar-rebħ tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni fejn Marsaxlokk għelbu lil Exiles bl-iskor ta’ 19-12. Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni 7-1, b’Exiles jirrispondu fit-tieni sessjoni b’rebħa ta’ 5-4. L-aħħar żewġ sessjonijiet intrebħu minn Marsaxlokk bl-iskor identiku ta’ 4-3. It-tieni play-off tintlagħab nhar l-erbgħa fis-18.30 ta’ filgħaxija.
(Photo Credit: ASA / Timmy Cutugno)