Il-Pulizija Spanjola, tinsab għaddejja bit-tfittxijiet tagħha, għall-allegat qattiel ta’ tifel ta’ 11-il sena, li ġie maqtul wara li qala’ daqqa ta’ sikkina, waqt li kien qed jilgħab il-futbol.
Il-vittma kien qed jilgħab ma’ tfal oħra, meta ġie attakkat minn persuna mgħammda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-każ seħħ f’Mocejón, viċin il-belt ta’ Toledo, fiċ-ċentru ta’ Spanja.
Is-suspettat, huwa ġuvni ta’ 18-il sena, u huwa ħarab minn fuq ix-xena.