Sergio Cini, huwa ż-żagħżugħ ta’ 22 sena miż-Żebbuġ, Għawdex li se jsir Patri l-ġimgħa d-dieħla.
Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Sejħa Franġiskana, tal-patrijiet Franġiskani Konventwali, Malta, Fra Sergio qasam l-esperjenza tiegħu ftit jiem ‘il bogħod minn meta jagħmel dan il-pass importanti f’ħajtu.
Huwa kiteb kif “din s-sena għaddejtha fil-kunvent ta’ Sant’Antnin ġewwa Padova u nixtieq naqsam magħkom xi avvenimenti importanti mill-ħajja ta’ Sant’Antnin.”
Dan kien dak li għamel Sant’ Antnin: ħares l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesù Kristu! Din kienet u għadha t-tfittxija tiegħi fil-ħajja reliġjuża, li bil-providenza ta’ Alla wasslitni biex nhar l-24 ta’ Awwissu 2024 nagħmel il-Professjoni Temporanja fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Minuri Konventwali. Il-Professjoni hi meta kandidat għall-ħajja reliġjuża jieħu l-impenn quddiem Alla biex jgħix fl-ubbidjenza, bla xejn tiegħu u fis-safa. Il-kandidat iwiegħed ukoll li jgħix skont ir-Regola ta’ San Franġisk ta’ Assisi.
Fra Sergio