Tmien persuni mill-Moviment Graffiti għażlu laqgħa ta’ Gvern Li Jisma’ biex jipprotestaw.
Lebsin ta’ ħnieżer u bil-kelma SALE fuq karti li żammew f’idejhom, il-membri tal-Graffiti, dehru li kienu qed jipprotestaw fuq il-valur li art għaddiet għand investituri fi żmien kull Gvern. Għalkemm iktar tard ħarġu stqarrija u iddentifikaw l-investiment tal-ITS f’San Ġiljan.
L-istqarrija kellha diversi fatti żbaljati dwar l-art li kienet stamata sittin miljun ewro minn Deloitte b’mekkaniżmu li jintuża b’mod internazzjonali.
Peró fuq il-kartelluni li żammew f’idejhom isemmu wkoll Tigne Point, Manoel Island, Fort Chambray, Penderplace, Portomaso u Smart City.
Dawn kollha artijiet li għaddew għand il-privat fi żmien amministrazzjoni preċedenti.
Tal-Graffiti kkritikaw l-użu mill-privat ta’ Baċir Numru wieħed li qed ikun irestawrat mill-American University u se jintuża bħala Università.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan hu pajjiż ħieles u setgħu jibqgħu hemm filwaqt li hu ma kellu ebda problema jitkellem u jispjega anke dwar temi li qajjmu huma.