Is-sewwieq Malti tal-Hillclimb Zach Zammit iffaċċja sensiela ta’ sfidi waqt l-għaxar round tal-Kampjonat Nazzjonali Brittaniku tal-Hillclimb. L-avveniment sar f’Shelsley Walsh is-Sibt, 10 u l-Ħadd, 11, fejn Zammit u t-tim tiegħu ħadmu bla heda biex jegħlbu problemi tekniċi fil-karozza. Minkejja dawn l-intoppi, id-determinazzjoni ta’ Zammit u l-isforzi tat-tim kienu evidenti matul il-weekend kollu w waslu għal-riżultat pożittiv.
Fiż-żewġ ġirjiet ta’ prattika tas-Sibt u l-ewwel ġirja tal-Ħadd, Zammit sab problemi tekniċi. Madankollu, l-iktar mument eċċitanti wasal meta l-Ħadd beda t-tieni ġirja u mill-ewwel induna li l-karozza kienet tajba, u b’hekk għamel ħiltu u ġab bidla drammatika.
Zammit kburi qal, “Ladarba l-karozza ġiet irranġata, stajt nikseb l-aħjar ħin fil-klassi tiegħi u nikkwalifika għall-run-off. Il-ħin kien 23.93 sekondi, li mhux biss assigura posti fit-telliqa iżda wkoll immarka titjib sinifikanti fil-ħin personal tiegħi, naqqast 0.29 sekondi, li huma sostanzjali, minn 24.22 għal 23.93 sekondi.” Dan it-titjib huwa xhieda tal-progress u d-determinazzjoni ta’ Zammit.
Dan fisser li Zammit temm il-weekend tat-tiġrija fit-8 post fir-run-off u l-ewwel fil-klassi tiegħu.