Eks prostituta ta’ 31 sena li kienet ukoll tabbuża mid-droga inbidlitilha s-sentenza ta’ tliet snin priġunerija għal sentenza sospiża, wara li l-qorti ħasset li kien opportun tippremjaha talli biddlet ħajjitha.
F’Mejju tal-2015, kienet instabet ħatja ta’ prostituzzjoni fil-Marsa. Flimkien ma’ min kien iħaddimha, kienet instabet ħatja li rrikattat lill-klijent taghħha u talbitu €2,795. Kienet qaltlu li tinsab tqila minħabba li condom imqatta, u li xtaqet tagħmel abort. Qaltlu wkoll li kienet qed issofri konsegwenzi mediċi minħabba infezzjoni wara li kellha x’taqsam mar-raġek.
Il-Qorti nnotat li l-każ seħħ għaxar snin ilu, u li llum il-ġurnata l-mara tgħix Għawdex ma’ żewġt’itfal żgħar. Ilha li waqfet tipprostitwixxi ruħha u m’għahdiex tieħu d-droga. Għalhekk is-sentenza tagħha niżlet għal sentejn sospiżi għal erba’ snin.