F’Gaża, inqatlu tewmin ta’ erbat ijiem, kawża ta’ attakk Iżraeljan mill-ajru, sakemm missierhom mar jirreġistra it-twelid tagħhom u jiġbor iċ-ċertifikati tat-twelid.
Waqt li mar jiġbor iċ-ċertifikati, il-missier irċieva telefonata li d-dar li jgħix fiha, kienet intlaqtet minn attakk mill-ajru, li fih mietu wkoll l-omm u n-nanna tat-tewmin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-missier qal, li lanqas kellu ċans jiċċelebra t-twelid tagħhom.
Il-familja, kienu ħallew ir-residenza tagħhom, wara avviż li kien ħareġ, għal aktar sigurtà.