It-tim nazzjonali Malti tal-hockey qed jipprepara bis-sħiħ sabiex jieħu sehem fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni f’diviżjoni B tal-EuroHockey li se ssir fil-belt kapitali Irlandiża Dublin bejn it-22 u l-25 t’Awwissu li ġej.
Il-kowċ Chris Attard sejjaħ skwadra ta’ 18-il plejer u beda s-sessjonijiet ta’ taħriġ sabiex jkunu lesti għal dan l-avveniment.
Id-diviżjoni B hi meqjusa bħala waħda ferm diffiċli fejn fiha hemm ukoll l-Irlanda li għadha kemm ħadet sehem fil-logħob Olimpiku ta’ Pariġi. Skwadri oħra b’saħħithom jinkludu wkoll it-Turkija, il-Polonja u l-Italja li flimkien mar-Repubblika Ċeka, Wales u Lussemburgu jiffurmaw din il-kategorija.
Malta tibda l-impenji tagħha nhar il-Ħamis 22 t’Awwissu b’logħba ferm diffiċli kontra l-Irlanda. Eventwalment il-plejers Maltin jilagħbu l-logħob ta’ klassifikazzjoni bit-tama li jiksbu post tajjeb f’din il-kompetizzjoni.
Sadanittant din hi l-iskwadra magħżula mill-kowċ Chris Attard:
Gk Marvin Grixti (Goalkeeper)
Gk Shamison Mifsud (Goalkeeper)
Thomas Degiovanni
Zack Degiovanni
Silas Plaehn
Lucas Plaehn
Charlo Sammut
Christ Agius
Alessandro Amore
Julian Zahra
Shawn Dimech
Nathan Pace Gasan
Karl Chircop
Antin Saliba
Andrea Curmi
Xandru Mifsud Bonnici
Luke Bajada
Keith Bajada