L-eks Prim Ministru tal-Bangladesh, Sheikh Hasina, qed tiġi investigata b’rabta ma’ każ fejn uffiċjali tal-Pulizija, allegatament qatlu raġel fuq ordnijiet tagħha stess, waqt dimostrazzjonijiet li saru fil-kapitali, Dhaka.
B’rabta ma’ dan il-każ, qed jiġu investgati wkoll sitt uffiċjali oħrajn tal-gvern.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hasina rriżenjat u ħarbet mill-pajjiż aktar kmieni dan ix-xahar, aktarx lejn l-Indja, wara dimostrazzjonijiet vjolenti madwar il-pajjiż kollu fin-Nofsinhar tal-Asja.
Aktar minn 400 persuna nqatlu s’issa f’tali rvellijiet, li involvew eluf ta’ studenti, bil-maġġoranza vittmi ta’ tiri sparati lejhom.