Il-Kumitat għat-tismija tat-toroq ħabbar linji gwida għat-tismija ta’ toroq, ġonna u kull post pubbliku ieħor, waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kienu mistiedna wkoll il-Kunsilli Lokali.
Waqt l-istess konferenza ngħad kif għandu jkun evitat l-użu ta’ ismijiet twal ta’ toroq filwaqt kif għandha tiżamm it-topografija tal-lokal. Ingħad ukoll li qed jiġi kkunsidrat li triq li ddur f’kisra ta’ 90grad, tingħata isem differenti.