Exiles ASC huma r-rebbieħa BOV Knockout tal-ewwel diviżjoni tal-Water Polo.
Exiles għelbu lil Otters fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni bl-iskor ta’ 15-10 biex komplew is-sensiela pożittiva tagħhom wara li aktar kmieni din is-sena rebħu l-Kampjonat BOV tax-Xitwa tal-ewwel diviżjoni.
Otters kienu qed jilagħbu fl-ewwel finali fl-istorja tal-klabb iżda ma setgħux ilaħħqu mal-avversarji tagħhom. Exiles ħadu vantaġġ kbir ta’ 10-5 fl-ewwel taqsima grazzi għal 6 gowls tal-barrani tagħhom Drasko Gogov.
Otters naqqsu d-distakk b’2 goals fit-tielet sessjoni iżda 3 gowls oħra ta’ Exiles fosthom 2 ta’ Gogov taw lil Sirens vantaġġ komdu ta’ 6 goals.
Exiles żammew il-momentum fl-aħħar sessjoni biex rebħu l-finali tal-BOV Water Polo Knockout għall-ewwel darba mill-2009 b’rebħa ta’ 15-10, bil-protagonist ikun Gogov b’9 goals.
Exiles ġew ippreżentati bit-trofew minn Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta u Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta.