Tiflel ta’ tliet snin tilef ħajtu traġikament wara waqa’ ġol-pixxina tar-residenza u sab ruħu f’diffikulta fix-Xagħra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u kwart fi Triq il-Kortoll.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn uffiċjali tal-Pulizija li kienu l-ewwel li waslu fuq il-post, b’tim mediku jassisti ftit tal-ħin wara u permezz t’ambulanza ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Sfortunatament it-tifel kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.