Il-boxer alġerina Imane Khelif rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija Welterweight tan-Nisa waqt il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi. Fil-finali Khelif għelbet liċ-ċiniża Yang Liu.
Khelif kienet f’nofs kontroversja f’dawn l-aħħar ġranet u wħud kienu tal-fehma li ma kelliex titħalla tieħu sehem fil-kompetizzjoni olimpika minħabba livell għoli ta’ testosterone. Kien hemm min saħansitra tefa’ dubju fuq is-sesswalita’ tagħha.
Polemika li laħqet il-qofol fil-ġlieda li kellha mal-boxer taljana Angela Carini, tant li din tal-aħħar kienet irtirat mill-ġlieda wara biss 46 sekonda.
Iżda filwaqt li kien hemm min tefa’ dubju fuq is-sesswalita’ ta’ Khelif, ftit wara ħareġ li l-boxer alġerina hija mwielda mara u għandha kundizzjoni rari fejn persuna femminili jkollha livell għoli ta’ XY chromosomes. Kwistjoni li ma għandha x’taqsam xejn persuna transgender.
Skond ir-regolamenti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Khelif kienet eliġibli sabiex tipparteċipa.
Photo Credit: Mohd Rasfan/AFP