Il-Partit Nazzjonalista qed jaqa’ fl-aktar livelli redikoli li jitlob għall-irċevuti ta’ żjara privata mħallsa personalment mill-Prim Ministru. Dan għamlu fi stqarrija mibgħuta aktar kmieni lill-kmamar tal-aħbarijiet.
Fi stqarrija il-Partit Laburista innota li fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista qed jipproteġi liż-żewġ deputati Kapijiet li ma ppubblikawx sal-lum irċevuti ta’ xogħolijiet minn kuntratturi qrib tagħhom u li għamlulhom dawn ix-xogħolijiet b’rigal.
Simon Busuttil flok jesiġi l-istandards minn ta’ madwaru, idur għall-vaganza privata tal-Prim Ministru u l-familja tiegħu.
Filwaqt qed jeżiġi li jkunu ppublikati l-irċevuti ta’ vaganza privata, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jridx jippublika l-kuntratti fl-iskema ta’ dejn b’ħabi tal-PN.
“Busuttil qed imiss il-qiegħ” ittemm tgħid l-istqarrija.