61 persuna li kienu abbord ajruplan fil-Brażil, tilfu ħajjithom wara li sfortunatament iġġarraf.
Filmati li qed iduru fuq il-midja soċjali juru l-ajruplan bi 58 passiġġiera u erba’ membri tal-ekwipaġġ, idur fl-arja bla direzzjoni imbagħad jiġġarraf.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-ajruplan, tal-kumpanija tal-ajru Brażiljana Voepass, waqa’ fil-belt ta’ Vinhedo.
Telaq minn Cascavel u kien fi triqtu lejn São Paulo.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal din it-traġedja.