Il-Pulizija rnexxielha, f’inqas minn tnax-il siegħa, tarresta lill-allegat aggressur, li lbieraħ weġġa’ serjament liż-żagħżugħa Kolumbjana ta’ 25 sena, waqt li kienet qegħda tgħum f’San Ġiljan.
Stqarrija tal-Pulizija qalet li, tul il-ġurnata tal-Erbgħa, issoktaw bla waqfien l-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ li fejn allegatament intuża flixkun imkisser, bil-konsegwenza li l-mara spiċċat fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ħallew il-frott, hekk kif għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija tal-ilbieraħ stess, intlemaħ f’Pembroke ir-raġel imfittex li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li ngħatat.
Ir-raġel, li rriżulta li hu wkoll Kolumbjan, twaqqaf mill-ewwel mill-Pulizija u ġie arrestat. Hu qed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija, fil-Furjana, għal aktar stħarriġ.
Fl-istess ħin għaddejja l-inkjesta maġisterjali.
AQRA AKTAR: