Il-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer qal li, biex jitwaqqfu l-irvellijiet vjolenti li qed isiru fit-toroq Brittaniċi, għandu jkun hemm żieda ta’ pulizija fit-toroq.
It-Tramuntana tal-Ingilterra għadha maqbuda f’diversi rvellijiet vjolenti, b’reazzjoni għall-qtil ta’ tlett ibniet ta’ bejn is-sitta u d-disa’ snin f’Southport ġimgħa ilu. Dawn infirxu wkoll għal bliet fil-viċin, fosthom Manchester u Rotherham.
Il-Prim Ministru tenna li aktar minn 400 persuna ġew arrestati b’rabta ma’ din il-vjolenza, b’madwar 100 li diġà tressqu quddiem il-ġustizzja u ġew ikkundannati.
L-ewwel persuna li ngħatat sentenza ta’ ħabs f’dan ir-rigward kien żagħżugħ ta’ 18-il sena bl-isem ta’ James Nelson, li ntbagħat xaharejn priġunerija għas-sehem tiegħu fl-irvellijiet ta’ Manchester.
Kitba ta’ Gabriel Portelli