Claudio Farrugia nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni tal-Koperattivi ta’ Malta.
Fi stqarrija mill-Federazzjoni ntqal li ġie introdott formalment waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li sar ftit tal-ġimgħat ilu.
Intqal li l-ħatra ta’ Claudio Farrugia tissimbolizza era ġdida għall-Federazzjoni, li tkompli tappoġġja, issaħħaħ u tiddefendi l-intrapriżi koperattivi madwar Malta.
B’din il-ħatra, Farrugia qed jieħu post Rolan Micallef Attard, li kien okkupa dan ir-rwol sa mit-twaqqif tal-Federazzjoni, tnax-il sena ilu. Micallef Attard huwa wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni.