Żewġ referees tal-futbol Polakki, Bartosz Frankowski u Tomasz Musial, ġew arrestati wara li allegatament serqu tabelli tat-toroq, waqt li kienu xurbana.
Iż-żewġ referees kienu skedati li se jaħdmu fil-kamra tal-VAR, waqt logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League bejn Dynamo Kyiv u Rangers.
Iżda wara li seħħ dan il-każ, iż-żewġ uffiċjali ġew mibdula.
Sadanittant, dwar dan il-każ, il-Federazzjoni tal-Futbol Pollakka qalet li jekk jinstabu ħatja, se jitwaqqfu l-kuntratti tagħhom.