Fl-ewwel 24 siegħa minndu twaqqaf il-helpline 138, li tnieda nhar it-Tnejn li għadda, ċemplu 70 persuna.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, waqt sessjoni ta’ informazzjoni mal-ġurnalisti, dalgħodu.
Dan is-servizz offrut 24 siegħa kuljum, iwieġeb għal dak kollu relatat mal-ħidma tal-entitajiet governattivi, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, u l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA.
F’konferenza tal-aħbarijiet, nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministru responsabbli mir-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard intqal li n-numru 138, jissimbolizza d-data tat-twelid taż-żagħżugħ, li twieled nhar it-13 t’Awwissu.