Ġewwa x-showroom ta’ La Bamba Motorcycles, il-Ħamrun, ġie ppreżentat l-iscooter ROMET 125 CC u ċ-ċwievet lir-rebbieħ tal-kompetizzjoni li saret fuq il-paġna ta’ facebook ta’ ONDROAD.
Isem ir-rebbieħ tela’ b’mod dirett waqt il-programm ‘The Morning Mix’ li jippreżenta propju Pierre Borg kull nhar ta’ Tnejn simultanjament fuq ONE u ONE Radio, fejn permezz ta’ sistema elettronika, tela’ l-isem ta’ Mark Galea, żgħażugħ minn Ħaż-Żebbug, Malta.
Iċ-ċwievet ġew ippreżentati mis-sur Chris Abela, wieħed mid-diretturi ta’ La Bamba motorcycles fil-preżenza ta’ Pierre Borg. Waqt il-preżentazzjoni ġie mħabbar li La Bamba Motorcycles ser ikunu qed jerġgħu joffru mutur ieħor differenti għall-iskeda li jmiss tal-Ħarifa għas-segwaċi ta’ Ondroad.