Il-President tal-Istat Uniti tal-Amerka Joe Biden flimkien mal-Viċi President Kamala Harris iltaqgħu mar-rappreżentattivi tas-Sigurtà Nazzjonali sabiex jiddiskutu l-possibiltà ta’ attakk mill-Iran lejn l-Iżrael wara l-qtil tal-mexxej ta’ Hamas Ismail Haniyeh.
Bħala risposta, l-Iran weħħel fil-Militar Iżraeljan u sostna għal ritaljazzjoni kontra l-Iżrael. Saħansitra l-militar Iżraeljan stqarr li l-qtil tal-mexxej ta’ Hamas ma kienx ikkawżat mir-riżorsi tagħhom.
Waqt il-laqgħa, Biden ġie infurmat dwar l-inċertezza rigward iż-żmien u n-natura ta’ attakk mill-militar Iranjan minkejja l-fatt li ġie rrapurtat li fil-G7, is-Segratarju tal-Istat Antony Blinken stqarr li l-Iran ħa jattakkaw lill-Iżrael fi ħdan 24 siegħa u 48 siegħa.
Fi stħarriġ wara li tenniet il-laqgħa, il-President Joe Biden stqarr li l-Istat Uniti ħa jnaqqas it-tensjonijiet fl-Lvant tan-nofs b’mod diplomatiku, madankollu huma lesti li jagħtu s-sapport lill-Iżrael bl-armi f’kas li tiġi attakkata.