Il-kumpanija Bolt qalet li għolliet il-prezzijiet u żiedet il-ħinijiet ta’ stennija għall-klijenti minħabba n-nuqqas ta’ xufiera.
Dan intqal fi stqarrija mill-kumpanija, li l-ġimgħa l-oħra, il-prezzijiet kienu madwar 10% iktar mis-soltu meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Ġie spjegat li dan hu riżultat ta’ nuqqas ta’ ħaddiema, bix-xufiera naqsu b’19%.
Bil-kumpanija qalet li n-nuqqas ta’ ħaddiema hu minħabba l-fatt li bdew jiġu rrifjutati u saħansitra mhux imġedda l-applikazzjonijiet għall-permessi tax-xogħol tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi, li huma ’l barra mill-Unjoni Ewropea.