L-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, fakkret lill-Inġinier Robert Schembri, li miet traġikament is-Sibt wara li waqa’ erba’ sulari f’bokka ta’ lift f’Tas-Sliema, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol lil xi qraba.
Permezz ta’ ritratt u bukkett fjuri fil-binja tagħha fil-Marsa, il-BCA sellmet lill-Inġinier Schembri, li wkoll kien membru tal-bord tagħha.
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-istess binja, fejn tnediet helpline ġdida bin-numru 138, il-Ministru Jonathan Attard sellem il-memorja tal-Inġinier Schembri u qal li, kieku għadu magħna, kien ikun sodisfstt b’din it-tnedija.