L-Ambaxxata Maltija fl-Italja ħarġet appell sabiex il-Maltin kollha li għandhom pjanat li jsiefru l-Italja, jew waħda mill-gżejjer Taljani, jieħdu magħhom kemm il-passaport kif ukoll il-karta tal-identità. Biż-żewġ dokumenti għandhom dejjem jinżammu separati.
L-Ambaxxata qalet kif bħalissa qed ikun hemm numru kbir ta’ rapporti ta’ serq madwar l-Italja, u għalhekk appellat sabiex kulħadd joqgħod attent meta jkun f’postijiet fejn ikun hemm il-massa u fuq il-ferrovija.