Żewġ Ukreni u żewġ Serbi kienu involuti f’argument fis-Swieqi, bis-Serbi ġew arrestati.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Modd.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li waqt dan l-allegat argument intuża martell, waqt li ż-żewġ Serbi ħarbu minn fuq il-post.
Tim mediku ta l-assistenza lill-Ukreni fejn ittieħdu l-Isptar b’ambulanza għal aktar.
Aktar tard, wieħed minnhom ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi u ċċertifikat bi ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Matul l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, is-Serbi ġew arrestati ġewwa residenza fis-Swieqi.
Mill-istess residenza ġew elevati wkoll numru ta’ oġġetti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.