Il-Ħadd wara nofsinhar il-midja internazzjonali rrapportat bi prominenza wkoll it-tensjoni kbira li hemm fil-Bangladesh.
Dan wara protesti kbar li qed isiru madwar il-pajjiż, hekk kif grupp ta’ studenti ddikjara kampanja ta’ diżubbidjenza ċivili sabiex il-Prim Minsitru tal-pajjiż jirriżenja.
Fil-fatt f’dawn il-protesti diġà nqatlu 50 persuna, bil-preżenza tal-pulizija armata dejjem qed tiżdied.
L-armata qed tuża gass tad-dmugħ u tispara balal tal-lakstu lejn dawk li qed jipprotestaw.
Kawża ta’ dawn il-protesti, 200 persuna oħra ndarbet.
Il-Gvern f’dan il-pajjiż, daħħal ordni sabiex kulħadd jinġabar id-dar qabel jidlam.