Il-Viċi President tal-Istati Uniti, Kamala Harris magħżula bħala n-nominat tal-Partit Demokratiku b’mod uffiċjali.
Dan wara li Harris kisbet il-fiduċja ta’ aktar mill-elfejn, tliet mija u ħamsin delegat, li huwa l-ammont ta’ voti biex kandidat jikseb in-nomina b’mod uffiċjali.
Dan għalkemm il-Konvenzjoni Demokratika se titlaqqa’ aktar tard dan ix-xahar f’Chicago, meta l-proċess bħala roll call mistenni li jkun intemm.
Intant qiegħed ikun stmat li Harris se tgawdi mis-sapport tal-maġġoranza assoluta tad-delegati b’madwar disgħa u disgħin fil-mija tagħhom mistennija jappoġjawha.
Harris hi l-ewwel mara ta’ kulur fl-istorja tal-Istati Uniti li hi nominata minn partit ewlieni għall-ogħla uffiċċju tal-Istati Uniti.
Dan ifisser li jekk telgħeb lin-nominat Repubblikan, l-eks President Donald Trump, Harris tkun l-ewwel mata li tokkupa dan l-irwol.