- Il-Furjaniżi se jerġgħu jiċċelebraw bi stil il-festa ta’ San Patrizju
Il-Festa ta’ San Patrizju, festa li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mil-bidu tas-seklu 20, speċjalment fl-inħawi ta’ Balzunetta fejn f’dawn l-inħawi kien hemm stazzjonati suldati Irlandiżi.
Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u minn hemm bdiet it-tradizzjoni li jsejħu lill-Furjaniżi bħala tal-Irish.
Din is-sena se terġa’ tiġi organizzata, attivita’ oħra fejn għall-5 sena konsekkutiva l-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Floriana Ajax Sports Club se jiċċelebraw din il-Festa bl-isem ta’ ‘Saint Patricks’ Sunday’ nhar il-Ħadd 19 ta’ Marzu minn nofsinhar il-quddiem.
Tul din l-attivita’ se jkun hemm spettaklu għal kulħadd, minn tradizzjonijiet Maltin għal dawk Irlandiżi. L-attivita tibda b’parata mill-Wallace Pipe & Drums. Se jieħdu sehem il-bands Klimsman (Planet Seeds), Novel, The Crowns u Ozzy Lino. Waqt din l-attivita’ ser ikun hemm ikel u xorb tipiku tal-okkazjoni, bosta stands ohra tal-ikel, kif ukoll kids area.
L-attivita’ se tkun qed tagħti s-sapport lill-fondazzjoni tal-ALS f’Malta.
Il-Kunsill Lokali flimkien mal-organizzaturi jħeġġu lill-pubbliku biex jattendi u jqatta’ l-ġurnata fil-Floriana fejn ovvjament il-pjaċir mhux se jonqos f’din il-festa ta’ briju, mużika u birra.