Raġel ta’ 64 sena li jgħix Santa Luċija tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ madwar erba’ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol lil xi familjari fil-bokka tal-lift fi blokka ta’ appartamenti f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq Stella Maris.
Fuq il-post marru l-Pulizija u anki tim mediku. Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, għadhom għaddejjin.