L-Avukat Joe Brincat kien bniedem onest, rett, ta’ prinċipju u dejjem baqa’ saqajh mal-art.
Dan intqal mill-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca waqt il-bullettin tas-7:30pm fuq ONE, fil-jum li tħabbret il-mewt tal-eks Deputat Mexxej Laburista, Joe Brincat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija semmiet kif sal-aħħar ta’ ħajtu baqa’ jħobb lill-ħaddiema, hekk kif qatt ma nesa’ minn fejn beda u sal-aħħar għen lin-nies legalment bla ħlas.