Ir-restorant ‘Toro Toro by Chef Richard Sandoval’ fetaħ il-biben tiegħu f’Mercury Tower, f’San Ġiljan. Dan hu l-ewwel restorant mill-katina rinomata, li kisbet il-fama madwar id-dinja grazzi għall-kok internazzjonali li juża l-metodi innovattivi tiegħu biex jgħaqqad ingredjenti Latini ma’ dawk moderni biex joħloq togħmiet mill-ifjen.
Il-grupp ‘Richard Sandoval Hospitality’ hu magħruf madwar id-dinja kollha, fejn għandu madwar 60 restorant madwar 12-il pajjiż. f’erba’ kontenti differenti.
Dan l-istabiliment tal-ikel se joffri esperjenza unika lill-klijenti b’ikel Latin b’tidwira moderna taħt id-direzzjoni tal-Kok Eżekuttiv Dany Reyes. Dan ir-ristorant ġie iddisinjat b’pitturi artiġjanali u kuluri vibranti, li dan kollu jipprovdi atmosfera Amerika Latina.
Ir-restorant Toro Toro jinsab fil-ħdax-il livell ta’ Mercury Tower, fejn se jiftaħ kuljum, bejn il-ħamsa ta’ filgħaxija u siegħa ta’ filgħodu.