Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ġie attrezzat b’vetturi ġodda għas-salvataġġ tal-annimali. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-drittijiet tal-annimali, Alicia Bugeja Said, u l-uffiċjal Joseph Zammit mill-istess Direttorat.
Zammit fakkar li dan is-servizz b’xejn hu disponibbli 24 siegħa kuljum, fuq in-numru tal-emerġenza 1717.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari semmiet l-importanza ta’ din l-inizjattiva biex jiġi żgurat l-aħjar trattament għall-annimali.
Hi qalet li, fl-aħħar 18-il xahar, kien hemm aktar minn 3,000 każ ta’ salvataġġ ta’ annimali mid-Direttorat.