Il-Bank Malti għall-Iżvilupp, MDB, għamel preżentazzjoni lis-Segretarji Permanenti tal-Gvern dwar il-kisbiet tal-bank minndu twaqqaf fl-2017.
Din il-preżentazzjoni saret miċ-Chairman tal-Bank Malti għall-Iżvilupp Leo Brincat.
Preżenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana.
F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, iċ-Chairman tal-MDB, Leo Brincat qal li l-bank japprezza din l-opportunità, hekk kif se tkompli tgħin biex il-bank ikabbar il-viżibilità tiegħu.