Jason Micallef ħabbar li se jkun qed jitfa’ n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.
Micallef qal dan fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook u qal li dan qed jagħmlu wara laqgħat u esperjenzi li ġabar fi żmien li għamel fl-istrutturi tal-partit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-elezzjoni għal żewġ Deputati Mexxejja, jiġifieri dak għall-Affarijiet tal-Parlament u dak għall-Affarijiet tal-Partit Laburista se ssir il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru u f’każ li jkun hemm bżonn vot ieħor bejn żewġ kandidati, issir elezzjoni oħra s-Sibt 14 ta’ Settembru.
In-nomini għal dawn l-elezzjonijiet huma miftuħa bejn it-23 u l-25 t’Awwissu li ġej.