Nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru, Robert Scerri u Andrew Pisani se jaqsmu bil-kayak minn Pozzallo fi Sqallija sa Tas-Sliema.
Din l-attività se ssir għal għan nobbli biex jinġabru donazzjonijiet b’riżq iċ-ċkejkna Kate Ferriggi, ta’ ħames snin, li għandha l-kundizzjoni tat-Tatton Brown Rahman Syndrome.
Robert u Andrew qalu li minkejja din hija sfida diffiċli, l-ispirazzjoni tagħhom hi ċ-ċkejkna, li tibqa’ għaddejja ta’ kuljum minkejja t-tbatija li tgħaddi minnha.
Għal aktar informazzjoni dwar din l-isfida ta’ Robert u Andrew u biex wieħed jagħti donazzjoni, wieħed jista’ jsegwi l-paġna ta’ Facebook ta’ Kayak4Kate.