Il-Parlament Ingliż għadda l-abbozz ta’ Brexit, biex hekk il-Prim Ministru Ingliż Theresa May, mil-lum tista’ tiskatta b’Artiklu ħamsin sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Madanakollu, rapporti fil-midja internazzjonali jissuġġerixxu li x’aktarx May se tistenna sal-aħħar tax-xahar biex tinforma formalment lill-Unjoni Ewropea u jibda l-proċess ta’ ħruġ mill-istess Unjoni Ewropea.
Din l-aħbar ħarġet sigħat biss wara li l-Iskozja ħabbret il-pjan tagħha li terġa’ tagħmel referendum ieħor fit-tentattiv li tikseb l-indipendenza Skoċċiża.
Kienet proprju l-Kap tal-Gvern Skoċċiż Nicole Sturgeon li ħabbret li se tkun qed titlob il-permess biex jerġa’ jsir referendum tliet snin wara li referendum ieħor ma kienx ġab il-maġġoranza biex l-Iskozja tħoll ir-rabta minn mar-Renju Unit.