L-aġenzija Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet biex tittranġa l-ħsara li saret aktar kmieni dalgħodu kawża ta’ inċident tat-traffiku li ġara dalgħodu fi Triq il-Kavallerija, il-Marsa.
Dan intqal f’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ din l-aġenzija governattiva.
Intqal li wara li jitneħħa t-terrapien, se jibdew minnufih it-tħejjijiet biex jinbena mill-ġdid il-ħajt.
Infrastructure Malta rringrazzjat lill-ħaddiema tal-ħidma tagħhom biex jassiguraw li ż-żona terġa’ tkun waħda sigura.
AQRA AKTAR: