Il-Monsinjur Professur Emmanuel Agius inħatar bħala President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ Ġwann.
Fi stqarrija mill-Fondazzjoni ntqal li din hi t-tielet darba għall-Professur Agius se jkun f’dan ir-rwol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Monsinjur Prof. Emmanuel Agius sostna li jinsab kuntent li nħatar għal darba oħra bħala President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Intqal f’din is-sena li ġejja, il-Fondazzjoni għandha sena ta’ proġett eċitanti u inizjattivi innovattivi.