Id-dulċier li hu maħsub li għamel l-ewwel Tiramisu, Roberto Linguanotto jew kif inhu magħruf bħala Loli, miet fl-età ta’ 81 sena.
Huwa ħalla din id-dinja wara li kien ilu żmien twil jiġġieled kontra marda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Linguanotto ħoloq din id-deżerta mill-iktar tajba fil-bidu tas-sebgħinijiet meta kien jaħdem f’ristorant fit-Tramuntana tal-Italja.
Minn dak iż-żmien, inxterdet fl-Italja, fosthom f’Venezja u din id-deżerta saret popolari mal-erbat irjieħ tad-dinja.