Raġel qed jingħata l-kura minn tim mediku wara ħabta li seħħet bejn tliet vetturi fil-Pietà.
Xhieda fuq il-post qalulna kif ir-raġel kien qed isuq it-trakk, fejn għal xi raġuni daħal fil-karozza ta’ quddiemu u li sarilha ħsara estensiva.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa deher taħt xokk u nħareġ mill-vettura minn tim mediku u ttieħed fl-ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post hawn numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija li għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom, waqt li qed jidderiġu t-traffiku.