Fi stqarrija mill-Bank Ċentrali ntqal li Alexander Demarco se jilħaq bħala Gvernatur temporanju tal-Bank Ċentrali, minn għada, l-ewwel jum ta’ Awwissu.
Dan wara li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Edward Scicluna se jwarrab mill-eżerċitar tal-funzjoni tiegħu għal perjodu temporanju.
Fl-istqarrija ntqal li dan qed isir bil-għan li jiddedika aktar ħin biex jiddefendi l-innoċenza tiegħu sakemm jintemmu l-proċeduri tal-Qorti dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet wara l-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella.
Intqal li din id-deċiżjoni tal-Professur Scicluna ġiet ikkomunikata lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde.
Dwar dan, il-Kabinett tal-Ministri ħa nota ta’ din id-deċiżjoni u jsibha li hi fl-interess nazzjonali.