Matul l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, saru laqgħat għall-anzjani dwar is-sigurtà fit-toroq.
Skont l-aħħar rapport li sar f’Marzu li għadda, f’dak ix-xahar, tmien xufiera ta’ ‘l fuq minn 65 sena weġgħu f’inċidenti tat-traffiku. Anzjan minnhom indarab serjament.
Is-sezzjoni tat-traffiku tal-Korp tal-Pulizija ngħaqad maċ-ċentri ta’ matul il-jum tal-anzjani u fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena offrew taħriġ dwar is-sigurtà fit-toroq.
Jessica Sultana ltaqgħet mal-Ispettur Sergio Pisani li kien wieħed minn tliet spetturi li għamel dawn is-sessjonijiet lill-anzjani.