Tfajla ta’ 18-il sena mill-Bulgarija weġġgħet gravi wara li waqgħet madwar żewġ sulari fuq il-bejt ta’ residenza.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku assista lill-vittma u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, hija kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.